Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kontijiet Annwali

Il-Kontijiet Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja tagħna u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħna fi tmiem is-sena.

Dawn jinkludu rapport amministrattiv, rapporti finanzjarji (jiġifieri l-karta tal-bilanċ, il-Kont tal-Profitt u t-Telf, sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti ta’ spjegazzjoni oħra), rapport tal-awditur indipendenti unota dwar id-distribuzzjoni tal-profitti/allokazzjoni tat-telf.

Ir-rapporti finanzjarji jitħejjew skont il-politiki tal-kontabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti u huma speċifiċi għas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-BĊE.

Aqra iktar dwar il-produzzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-BĊE.

Ippubblikati kull Frar, il-Kontijiet Annwali huma parti integrali mir-Rapport Annwali tagħna. 

Kontijiet Annwali 2025 Stqarrija għall-istampa Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Kontijiet Annwali tal-BĊE Spjegazzjoni: Profitti u telf tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro: minn fejn ġejjin?
2025

f’ċifri

€603.3biljun

Karta tal-bilanċ

Il-karta tal-bilanċ tagħna naqset b’EUR 37.3 biljun fl-2025. Dan huwa prinċipalment minħabba tnaqqis fit-titoli tal-politika monetarja – l-Eurosistema ma baqgħetx tinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw taħt il-programmi tagħha ta' xiri ta' assi.

Aktar dwar il-karta tal-bilanċ
€1,254miljun

Telf għas-sena

It-telf tagħna kien ferm aktar baxx fl-2025 milli fl-2024, prinċipalment minħabba tnaqqis fl-ispiża tal-imgħax li tirriżulta mill-obbligazzjoni netta tat-TARGET.

Bħat-telf mis-sentejn ta’ qabel, se jibqa’ fuq il-karta tal-bilanċ tagħna biex jiġi paċut kontra l-profitti futuri.

Aktar dwar il-kont tal-profitt u t-telf

Il-paġni kollha f’din it-taqsima