Id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju
Aħna impenjati li nindirizzaw id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju. Mill-ibbaġitjar u t-tfaddil għax-xiri u l-investiment, il-fatt li tkun taf kif jaħdmu l-flus jista’ jagħtik is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet infurmati fil-ħajja ta’ kuljum.
Huwa għalhekk li nistinkaw biex nagħmlu l-ekonomija aċċessibbli u faċli biex tinftiehem. F’din il-paġna, tista’ ssir taf dwar ir-rati tal-imgħax, l-inflazzjoni u kunċetti ekonomiċi oħra b’mod ċar u relatabbli, sabiex tkun tista’ tħossok kunfidenti dwar il-futur finanzjarju tiegħek.
Wieħed minn kull ħames Ewropej għandu livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju.
Iżda 15 % biss tan-nisa jaqgħu f’din il-kategorija meta mqabbla ma’ 27 % tal-irġiel.
- Sors tal-infografika: Rhoades, A. (2024 Marzu 08). In-nisa u l-litteriżmu finanzjarju: Tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri N26.Miksuba minn: https://n26.com/en-eu/blog/women-and-financial-literacy-closing-the-gender-gap
Ħu sehem fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa!
L-Eurosistema organizzat avveniment għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa u sfida ta’ mixi biex tenfasizza d-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju u inti tista’ tipparteċipa!
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Avveniment tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa
L-avveniment tal-BĊE sar fit-2 ta’ Marzu 2026. Il-President Lagarde u l-mistednin ta’ livell għoli ddiskutew id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju, filwaqt li rriflettew dwar il-progress li sar fuq il-ħames impenji maqbula s-sena l-oħra u appellaw għal aktar azzjoni koordinata madwar l-Eurosistema.
EuroSteps Walking Challenge
Lest(a) biex tittrasforma l-passi ta’ kuljum tiegħek fi vjaġġ ta’ skoperta finanzjarja? Flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali, nistednuk tissieħeb fl-EuroSteps Walking Challenge, inizjattiva eċċitanti biex tippromwovi l-litteriżmu finanzjarju fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.