Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema fil-5 ta’ Ġunju 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Ġunju 2015, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 271.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 373.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 1,035 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 82.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 10.7 biljun għal EUR 385.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita 5.1) ta’ EUR 100.1 biljun u ġiet saldata waħda ġdida ta’ EUR 92.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
L-użu tal- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) ammonta għal EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li l-użu tal- faċilità tad-depożitu (il-partita tal-passiv 2.2) ammonta għal EUR 102.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 98.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.4 biljun għal EUR 428.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-5 ta’ Ġunju 2015 | Differenza mqabbla mad-29 ta’ Mejju 2015 – xiri | Differenza mqabbla mad-29 ta’ Mejju 2015 – fidwiet |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 25.1 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 87.3 biljun | + EUR 2.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 7.5 biljun | + EUR 0.3 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 159.6 biljun | + EUR 12.9 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 138.1 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita tal-passiv 2.1) żdiedet bi EUR 6.6 biljun għal EUR 322.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 383,966 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 302,526 | −169 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 82,291 | −1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
220,235 | −168 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 39,572 | −10 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,523 | −134 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,523 | −134 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 487,989 | −7,559 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 92,519 | −7,585 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 395,367 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 103 | 26 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 135,060 | 3,477 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 802,812 | 15,859 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 428,880 | 15,372 | |
7.2 | Titoli oħra | 373,931 | 487 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,742 | 0 | |
9 | Assi oħra | 229,136 | 195 | |
Assi Totali | 2,428,326 | 11,660 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,035,043 | 3,026 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 424,845 | 9,722 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 322,775 | 6,559 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 102,065 | 3,164 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 6 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,322 | 83 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 146,127 | −1,261 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 82,851 | 99 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 63,277 | −1,360 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,647 | 1,994 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,142 | −185 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,584 | −251 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,584 | −251 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 60,656 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 215,889 | −2,218 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 403,298 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 96,773 | 751 | |
Total tal-passiv | 2,428,326 | 11,660 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja