Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Mejju 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Mejju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.5 biljun għal EUR 271.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 375.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 1,027.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 54.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 14.2 biljun għal EUR 395.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 108.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 95.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 108.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 107.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 16.4 biljun għal EUR 367.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-8 ta’ Mejju 2015 | Differenza mqabbla mal-1 ta’ Mejju 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-1 ta’ Mejju 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 25.3 biljun | - | - EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.3 biljun | - | - EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 78.0 biljun | + EUR 2.9 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 5.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 108.7 biljun | + EUR 13.6 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 138.1 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.0 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 383,966 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 302,846 | −1,658 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,059 | −309 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
219,787 | −1,349 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 39,470 | 1,080 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,126 | 387 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,126 | 387 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 504,035 | −13,239 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 95,233 | −13,252 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 408,748 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 54 | 13 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 128,556 | 1,449 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 742,287 | 17,381 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 367,221 | 16,378 | |
7.2 | Titoli oħra | 375,066 | 1,004 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,748 | 0 | |
9 | Assi oħra | 229,820 | −101 | |
Assi Totali | 2,377,854 | 5,300 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,027,319 | 764 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 407,502 | −290 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 299,023 | −1,213 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 108,480 | 925 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,489 | 60 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 116,366 | 3,638 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 54,351 | 4,066 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 62,015 | −429 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 33,832 | −838 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,249 | −4 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,087 | 969 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,087 | 969 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 60,656 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 216,958 | 1,002 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 403,298 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 96,098 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,377,854 | 5,300 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja