Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Novembru 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Novembru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 206.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
7 ta' Novembru 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.1 biljun | USD 0.1 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 351.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 923.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 14.4 biljun għal EUR 48.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 17-il biljun għal EUR 483 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 89.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 188 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 184 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġiet rimborżata operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 10.7 biljun qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 62.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 52.1 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 241.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Novembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 184.1 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 42 biljun u EUR 15.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 3.6 biljun għal EUR 230.6 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,920 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 243,869 | −926 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 82,690 | −486 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
161,179 | −440 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,370 | 194 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,709 | −2,759 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,709 | −2,759 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 729,686 | −10,467 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 89,524 | 205 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 640,159 | −10,651 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | −21 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 83,212 | 2,805 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 593,175 | −179 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 241,554 | −60 | |
7.2 | Titoli oħra | 351,621 | −119 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,328 | 0 | |
9 | Assi oħra | 242,163 | 2,368 | |
Assi Totali | 2,305,431 | −8,963 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 923,581 | −947 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 477,246 | 10,144 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 230,569 | 3,634 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 62,442 | 10,315 | |
2.3 | Depożiti fissi | 184,000 | −4,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 234 | 195 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,538 | −154 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 89,084 | −21,258 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 48,315 | −14,363 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 40,769 | −6,896 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 129,496 | 5,986 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,332 | 91 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,542 | −457 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,542 | −457 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,565 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 226,091 | −2,369 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 304,534 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,420 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,305,431 | −8,963 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja