Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-5 ta’ April 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ April 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.8 biljun għal EUR 222.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
4 ta’ April 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 1.2 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 349.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 895.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 7.7 biljun għal EUR 88.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 3.2 biljun għal EUR 556.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ April 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 123.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 124.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont f’depożiti ġodda, b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa tħallsu b’kemm jiswew EUR 7 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 1.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 134.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 144.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) baqgħu l-istess, jiġifieri EUR 269.3 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ April 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.9 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 47.3 biljun u EUR 16.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 17.6 biljun għal EUR 336.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 435,316 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 254,649 | 280 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 87,121 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
167,528 | 280 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 34,312 | 2,748 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,799 | −302 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,799 | −302 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 896,763 | −6,856 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 124,876 | 1,637 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 771,867 | −7,005 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 19 | −1,488 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,059 | 1,521 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 618,953 | 889 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 269,340 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 349,613 | 889 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 29,894 | 0 | |
9 | Assi oħra | 265,354 | 691 | |
Assi Totali | 2,647,097 | −1,029 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 895,207 | −1,150 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 677,435 | 7,575 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 336,912 | 17,637 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 134,902 | −9,746 | |
2.3 | Depożiti fissi | 205,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 120 | −316 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,332 | −200 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 110,740 | −9,856 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 88,555 | −7,696 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 22,185 | −2,160 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 158,748 | 1,096 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,542 | 460 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,990 | 1,720 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,990 | 1,720 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,145 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 236,404 | −674 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 406,639 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 88,917 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,647,097 | −1,029 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja