Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Mejju 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Mejju 2012, il-partita deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 tal-attiv) baqgħet l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqes il-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.4 biljun għal EUR 222.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
24 ta’ Mejju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.3 biljun | USD 0.3 biljun |
24 ta’ Mejju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 14.5 biljun | USD 10.3 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 324.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 879.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 28.9 biljun għal EUR 143 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 6.7 biljun għal EUR 129 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Mejju 2012, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 43 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 37.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda fl-ammont ta’ EUR 212-il biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal li jammontaw għal EUR 21.4 biljun tħallsu lura qabel il-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 760.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 789.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 280.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li sar matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li aktar milli bbilanċja l-fidi tat-titoli taħt l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Mejju 2012, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 212.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 56.5 biljun u EUR 12 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.4 biljun għal EUR 90 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 432,704 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 242,850 | 627 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,041 | −10 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
156,809 | 637 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 48,242 | −2,720 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,485 | −1,507 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,485 | −1,507 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,101,736 | −25,281 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 37,852 | −5,136 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,061,818 | −21,365 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,065 | 1,220 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 246,582 | 34,087 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 605,103 | 415 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 280,555 | 363 | |
7.2 | Titoli oħra | 324,548 | 52 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 30,583 | −6 | |
9 | Assi oħra | 255,026 | −566 | |
Assi Totali | 2,980,310 | 5,049 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 879,746 | 1,453 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,062,773 | −44,406 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 90,035 | −12,447 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 760,102 | −29,613 | |
2.3 | Depożiti fissi | 212,000 | −2,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 637 | −346 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,274 | −5,241 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 153,945 | 28,823 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 142,955 | 28,941 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 10,990 | −118 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 107,201 | 22,227 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 6,699 | 2,248 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,149 | −1,940 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,149 | −1,940 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,716 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 219,816 | 1,877 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 399,445 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 85,548 | 9 | |
Total tal-passiv | 2,980,310 | 5,049 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja