Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta' Frar 2011
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Frar 2011, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru 1 tal-attiv) baqgħu ma nbidlux.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 181.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
17 ta’ Frar 2011 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 70 miljun | USD 70 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli , minbarra dawk miżmumin għal għanijiet ta’ politika monetarja (il-partita nru 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 331.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 819.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 83.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 23.7 biljun għal EUR 360.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Frar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 156.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 137 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 76.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 34.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 17-il biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmumin għal għanijiet ta’ politika monetarja (il-partita nru 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 137.8 biljun. Din iż-żieda kienet ir-riżultat nett ta’ xiri u titoli li mmaturaw imħallsin skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ Frar 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 77.1 biljun u EUR 60.7 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 16.7 biljun għal EUR 222.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 367,432 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 227,453 | −2,309 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 72,623 | 1 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
154,830 | −2,309 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 26,443 | 395 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,324 | −519 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,324 | −519 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 471,482 | −6,181 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 137,015 | −19,695 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 320,291 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 14,173 | 13,518 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 3 | −4 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 51,466 | 2,172 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 469,087 | 1,371 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 137,838 | 671 | |
7.2 | Titoli oħra | 331,249 | 700 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,904 | 0 | |
9 | Assi oħra | 288,901 | 7,419 | |
Assi Totali | 1,958,491 | 2,349 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 819,451 | −2,220 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 333,245 | 802 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 222,145 | −16,668 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 34,482 | 17,453 | |
2.3 | Depożiti fissi | 76,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 118 | 17 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 2,846 | −45 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 91,235 | 1,057 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 83,476 | 1,096 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,759 | −39 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 42,444 | −1,044 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,144 | 756 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,445 | −2,285 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,445 | −2,285 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,552 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 186,355 | 5,327 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 331,533 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 79,243 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,958,491 | 2,349 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja