Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ Ottubru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-22 ta’ Ottubru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 176.9 biljuni minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
21 ta’ Ottubru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 560 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 311.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 811.2-il biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.2 biljun għal EUR 95.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 7.7 biljun għal EUR 426.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 186 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 184 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 25.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 35.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Peress li ma sarx ħlas ġdid ta' xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli matul din il-ġimgħa, l-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (partita nru. 7.1 tal-attiv) baqgħu kif kienu, jiġifieri EUR 124.3 biljun. B’riżultat ta’ dan, fil-ġimgħa li ntemmet fil-22 ta’ Ottubru 2010 l-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 63.3 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.8 biljun għal EUR 230.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 334,412 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 219,807 | −87 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 69,958 | −29 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
149,849 | −58 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,801 | −401 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,916 | 753 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,916 | 753 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 516,058 | −2,466 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 184,029 | −1,955 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 331,077 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 937 | −505 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 16 | −6 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,683 | 807 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 435,573 | 718 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 124,317 | 0 | |
7.2 | Titoli oħra | 311,257 | 718 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 34,975 | 0 | |
9 | Assi oħra | 264,737 | 1,694 | |
Assi Totali | 1,877,963 | 1,017 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 811,188 | −2,802 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 319,709 | −8,315 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 230,495 | 1,812 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 25,657 | −10,124 | |
2.3 | Depożiti fissi | 63,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 56 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 577 | −144 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 101,509 | 9,338 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 95,180 | 9,161 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,329 | 177 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,521 | −885 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,124 | 1,245 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,942 | −1,878 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,942 | −1,878 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,665 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,797 | 4,457 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 296,740 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,877,963 | 1,017 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja