Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta’April 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ April 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu ma nbidlux.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 170.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 303.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 792.8 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 12.4 biljun għal EUR 129.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.6 biljun għal EUR 518.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ April 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 70.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 70.2 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 217.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 171.1 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 48.5 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-23 ta’ April 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.6 biljun għal EUR 204.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 286,698 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 209,276 | −620 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 66,608 | 20 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
142,669 | −640 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,041 | −326 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,336 | 584 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,336 | 584 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 735,937 | −345 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 70,228 | −349 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 665,670 | 1 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2 | 1 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 37 | 2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 32,735 | 1,002 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 352,127 | 1,123 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 48,546 | 1,329 | |
7.2 | Titoli oħra | 303,581 | −207 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,120 | −2 | |
9 | Assi oħra | 244,989 | 1,855 | |
Assi Totali | 1,943,260 | 3,271 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 792,846 | −1,604 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 421,473 | −9,395 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 204,112 | −55,637 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 217,361 | 46,247 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −5 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 675 | 190 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 137,804 | 12,188 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 129,878 | 12,401 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,925 | −213 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,197 | −193 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,006 | −122 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 12,988 | −404 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,988 | −404 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,033 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 161,376 | 2,611 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 249,205 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 76,655 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,943,260 | 3,271 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja