Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ April 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ April 2010, iż-żieda ta’ EUR 19.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9.6 biljun għal EUR 170.9 biljun. Dan kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li twettqu mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 300.8 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 801.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 118.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 14.1 biljun għal EUR 497.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 81 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 78.3 biljun. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ April 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.6 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 2 biljuni; ġiet regolata wkoll operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 17.9 biljun b’maturità ta’ sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 242.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 213.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 44.4 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ April 2010.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 20.7 biljun għal EUR 179.2 biljun.
Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-2 ta’ April 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 823.132 għal kull uqija fina
USD: 1.3479 għal kull EUR
JPY: 125.93 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1265 għal kull DSĠ
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 286,699 | 0 | 19,779 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 210,554 | 1,796 | 10,168 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 66,497 | −42 | 2,189 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
144,058 | 1,838 | 7,978 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 29,261 | −955 | 1,755 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,551 | 1,835 | 58 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,551 | 1,835 | 58 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 740,025 | 14,615 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 78,266 | −2,796 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 661,651 | 17,336 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 69 | 68 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 39 | 7 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,742 | −413 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 345,203 | 2,133 | 134 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 44,429 | 927 | −46 | |
7.2 | Titoli oħra | 300,774 | 1,205 | 181 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,122 | 0 | −25 | |
9 | Assi oħra | 250,391 | −6,092 | 2,863 | |
Assi Totali | 1,942,548 | 12,918 | 34,733 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 801,712 | 10,372 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 421,837 | 8,000 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 179,171 | −20,728 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 242,659 | 28,724 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 7 | 4 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 670 | −104 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 126,333 | −1,914 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 118,150 | −2,063 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,183 | 149 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 37,197 | −429 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,381 | −325 | 74 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 14,546 | 769 | 868 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 14,546 | 769 | 868 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,033 | 0 | 1,784 | |
10 | Passiv ieħor | 160,193 | −3,457 | 3,014 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 249,205 | 0 | 28,992 | |
12 | Kapitali u riżervi | 76,440 | 7 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,942,548 | 12,918 | 34,733 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja