Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-14 ta’ Marzu 2008
Rimarki introduttorji
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu 2008, għadhom preżenti u reġgħu ma ppermettewx il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ ta’ l-14 ta’ Marzu 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti disponibbli dwar il-karta tal-bilanċ ipprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Marzu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 40 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 138.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal-EUR 107.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 658.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 63.5 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 29.5 biljun għal EUR 476 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 176.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 209.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 60 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 60 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 33.1 biljun għal EUR 229 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 201,192 | −40 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 139,148 | 2,795 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 8,975 | −53 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
130,173 | 2,848 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 24,434 | −2,229 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 14,843 | −356 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 14,843 | −356 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 476,464 | 29,471 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 209,032 | 30,536 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 267,366 | −1,113 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 49 | 48 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 17 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 33,450 | 2,254 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 107,291 | −210 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 38,640 | 5 | |
9 | Assi oħra | 331,648 | 2,531 | |
Assi Totali | 1,367,110 | 34,221 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 658,690 | 1,374 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 229,454 | 33,124 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 228,959 | 33,129 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 227 | −3 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 268 | −2 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 214 | 9 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 71,000 | 1,563 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 63,547 | 1,585 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,453 | −22 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 36,101 | 716 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 585 | −310 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,356 | 583 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 19,356 | 583 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,311 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 128,134 | −2,843 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 147,666 | 1 | |
12 | Kapitali u riżervi | 70,599 | 4 | |
Total tal-passiv | 1,367,110 | 34,221 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja