Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' L-Eurosistema tat-30 ta' Diċembru 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2005, iż-żieda netta ta’ EUR 15.7 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet b’mod ewlieni l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, iżda wkoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema fi flus barranin (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2 biljuni għal EUR 163.1 biljun. Iż-żieda kienet dovuta l-aktar għall-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-assi u tal-passivi.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 92.4 biljun, fil-parti l-kbira minħabba transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 565.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 34.2 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.7 biljun għal EUR 405.7 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Diċembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 314 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 315 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn ukoll fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.6 biljun għal EUR 155.3 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem is-sena ta’ l-assi u tal-passivi ta’ l-Eurosistema
B’mod konformi mar-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti ta’ titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema huma rivalutati bir-rati u bil-prezzijiet tas-suq ta’ tmiem kull perijodu ta’ tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-aħħar ta’ l-2005 huwa muri fil-kolonna addizzjonali “Id-differenza meta mqabbla mal-ġimgħa ta' qabel minħabba r-rivalutazzjonijiet”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ta’ kambju prinċipali użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 434.856 għal kull uqija fina
USD: 1.1797 għal kull EUR
JPY: 138.90 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta' prelevament: EUR 1.2099 għal kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 163,881 | −27 | 15,775 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 154,141 | 236 | 1,891 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 16,391 | −148 | 99 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
137,750 | 384 | 1,792 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 23,694 | −555 | 289 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,185 | −79 | −25 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 9,185 | −79 | −25 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 405,967 | 1,948 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 315,001 | 999 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 90,017 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 949 | 949 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,635 | 135 | 0 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 92,367 | −1,495 | −573 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 40,113 | −135 | −26 | |
9 | Assi oħra | 145,169 | 940 | 104 | |
Assi Totali | 1,038,152 | 967 | 17,436 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) evalwazzjonijiet millġdid |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 565,216 | −2,746 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 155,535 | 4,803 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 155,283 | 4,569 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 252 | 234 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 207 | 0 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 41,767 | −1,709 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 34,190 | −1,369 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,577 | −340 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 13,224 | 860 | 0 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 367 | −122 | 9 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 8,405 | −212 | 193 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,405 | −212 | 193 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,920 | 0 | 35 | |
10 | Passiv ieħor | 70,043 | 167 | 1,835 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 119,113 | 0 | 15,364 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,355 | −74 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,038,152 | 967 | 17,436 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja