Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-24 ta’ Ġunju 2005
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Ġunju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 108 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv nieqes il-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 158.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal-EUR 84.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 520.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 28 biljun għal EUR 83.8 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra mill-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 26.5 biljun għal EUR 400.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Ġunju 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 283.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 310 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ukoll prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.
Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 0.9 biljun għal EUR 146.6 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 126,717 | −108 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 152,950 | 599 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 21,339 | −5 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
131,611 | 604 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 20,302 | −611 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,028 | −292 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 9,028 | −292 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 400,069 | 26,488 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 309,999 | 26,498 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 90,002 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 7 | −70 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 61 | 60 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,124 | 217 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 84,230 | 782 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 41,198 | 0 | |
9 | Assi oħra | 130,250 | −46 | |
Assi Totali | 967,868 | 27,029 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 520,389 | 727 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 146,626 | −882 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 146,608 | −859 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 18 | 5 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −28 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 142 | 1 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,781 | 27,850 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 83,838 | 28,006 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,943 | −156 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 9,880 | −170 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 416 | 84 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,534 | −227 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,534 | −227 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,701 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 55,149 | −354 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 71,961 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 58,289 | 0 | |
Total tal-passiv | 967,868 | 27,029 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja