- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-BĊE jadotta opinjoni dwar il-ħatra tal-Viċi President futur tiegħu
25 ta’ Frar 2026
- Il-Kunsill Governattiv ma għandu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost Boris Vujčić
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-BĊE.
Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, Boris Vujčić, li huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Is-Sur Vujčić bħalissa jservi bħala l-Gvernatur ta’ Hrvatska narodna banka.
Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-Viċi President il-ġdid tal-BĊE se jinħatar mill-Kunsill Ewropew. L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li ser tiġi ppubblikata dalwaqt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ser tkun disponibbli fis-sit web tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Is-Sur Vujčić se jservi mandat ta’ tmien snin li ma jiġġeddidx, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2026. Huwa se jieħu post Luis de Guindos, li l-mandat tiegħu bħala Viċi President tal-BĊE se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2026.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-media, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lil Mila Quacquarelli, tel.: +49 170 6324603.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja