Ammont allokat għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal għas-sena 2005
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid l-ammont allokat għal kull operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal li ssir fis-sena 2005 minn EUR 25 biljun għal EUR 30 biljun.
Dan l-ammont miżjud iqis il-ħtieġa ta’ aktar likwidità fis-sistema bankarja taż-żona ta’ l-euro mistennija għas-sena 2005. Madankollu l-Eurosistema ser tkompli tipprovdi l-parti l-kbira tal-likwidità permezz ta’ l-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tagħha.
Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jerġa jaġġusta l-ammont allokat fil-bidu ta’ l-2006.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja