Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊE

Bħala istituzzjoni Ewropea, għandna rwol fil-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Sabiex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nnaqqsu l-impronta tal-karbonju kemm jista’ jkun, fl-2007 adottajna politika ambjentali u ilna li ġejna rreġistrati fl-Iskema Ewropea għall-Ġestjoni u l-Verifika Ekoloġika (EMAS) mill-2010.

Kompli aqra
FL-2022

AĦNA TEJJIBNA L-PRESTAZZJONI AMBJENTALI TAGĦNA BILLI

it-tisħin tal-Eurotower sar bil-bijogass minflok bil-gass naturali

implimentajna aktar miżuri għall-iffrankar tal-enerġija

introduċejna rappurtar intern addizzjonali ta’ kull tliet xhur dwar l-impronta tal-karbonju tagħna biex nimmonitorjaw u nidderieġu aħjar il-prestazzjoni ambjentali tagħna

qlibna kważi 2,000 m² ta’ lawn f’mergħat addizzjonali bi fjuri selvaġġi fl-artijiet tal-Bini Prinċipali tagħna

nedejna l-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni it-“Triq lejn Pariġi”: kompetizzjoni li tqanqal lil dak li jkun fost l-oqsma tax-xogħol tal-BĊE

neħħejna 100 printer mis-sulari tal-BĊE — madwar 30 % tat-total ta’ printers li jinsabu fis-sulari tagħna

Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊE

Tagħrif ieħor

DWAR IL-PROTEZZJONI AMBJENTALI FIL-BĊE U F'ISTITUZZJONIJIET OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA

Politika ambjentali

Din il-politika tipprovdi sett ċar ta' miżuri li jgħinuna ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nimminimizzaw l-impronta ekoloġika tagħna.

Aktar

Il-karatteristiċi tal-iffrankar tal-enerġija tal-bini ewlieni tagħna

Kun af kif nirriċiklaw l-enerġija, is-sħana u l-ilma tax-xita biex l-iskyscraper tagħna jirrispetta l-ambjent kemm jista' jkun.

Aktar

Kollaborazzjoni interistituzzjonali

Tgħallem aktar dwar kif l-istituzzjonijiet Ewropej li huma rreġistrati mal-EMAS jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-impronta ekoloġika tagħhom.

Aktar

Il-paġni kollha f’din it-taqsima