Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Frodi – użu ħażin tal-isem u l-logo tal-BĊE

Il-BĊE jaf b’xi skemi frawdolenti li jużaw ħażin ismu u/jew il-logo tiegħu?

Iva. Iċ-ċittadini jirrappurtaw b’mod regolari skemi ta’ frodi li fihom l-isem u/jew il-logo tal-BĊE jintużaw ħażin, kif ukoll skemi fejn il-membri tal-persunal tal-BĊE jiġu impersonati. F'każijiet oħra l-kriminali jużaw numri tat-telefown li jidhru li huma mill-BĊE.

Jekk xi ħaġa tidher stramba dwar email li tirċievi, tikklikkjax fuq ebda link li tinsab f’dik l-email, tiftaħx ebda wieħed mill-annessi tagħha u tirrispondix ebda stedina jew kampanja.

Jekk xi ħadd jikkuntattjak jgħid li jaħdem għall-BĊE u qed iżomm flus li jappartjenu lilek, dan ikun qarrieqi (scam). M’aħniex bank kummerċjali, u għalhekk ma nżommux kontijiet tal-membri tal-pubbliku.

Jekk tirċievi telefonata mhux mitluba minn dak li jidher li huwa numru tat-telefown tal-BĊE (jiġifieri +49 69 1344 XXXX), tagħti ebda informazzjoni personali jew finanzjarja. 

Il-BĊE qatt mhux ser jistaqsik għad-data personali tiegħek permezz ta’ email, telefown, messaġġ test jew messaġġ immedjat. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ukoll qatt ma jikkuntattjawk dwar il-ġid personali jew kwistjonijiet finanzjarji.

X’inhuma l-aktar tipi komuni ta’ frodi li jinvolvu isem u/jew il-logo tal-BĊE?

L-aktar tipi komuni ta’ frodi jinvolvu l-frodaturi:

  • li jgħidu lin-nies li l-BĊE qed jiġbor tariffi għat-trasferiment transkonfinali

  • li jsostnu li l-BĊE huwa bank kummerċjali li jipprovdi servizzi bankarji online
  • li jitolbu lin-nies biex jagħmlu ħlas permezz ta’ sit elettroniku falz tal-BĊE għal attività bankarja online jew permezz ta’ dipartiment falz tas-servizz tal-konsumatur tal-BĊE
  • jitolbu lin-nies biex jagħmlu pagament minħabba li l-BĊE qed jimblokka trasferiment ta’ flus
  • Jitolbu pagament minħabba li l-BĊE qed jiġbor depożiti jew pagamenti għax-xiri/l-ikkaxxjar tal-bitcoin jew kriptoassi oħra, jew minħabba li qed jirkupra fondi għal persuni li huma vittmi ta’ frodi
  • Jinkoraġixxu lin-nies biex jieħdu self mill-BĊE b’termini attraenti ħafna
  • iċemplu lin-nies minn dak li jidher li huwa numru tat-telefon tal-BĊE (jiġifieri +49 69 1344 XXXX) mingħajr ebda raġuni apparenti jew mingħajr ebda skambju minn qabel

Jekk xi ħadd qatt jitolbok għal jew jissuġġerixxi xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq, dan ikun qerq (scam).

Kif nista’ nagħraf skema frawdolenti li tinvolvi l-isem u/jew il-logo tal-BĊE?

Messaġġi minn frodaturi ta’ spiss jidhru li ġejjin mill-BĊE, iżda tipikament ikun fihom żbalji. Dawn huma xi suġġerimenti li se jgħinuk tagħraf skema ta’ frodi (scam):

  • Iċċekkja l-mittent tal-email: email mibgħuta mill-BĊE dejjem tkun minn indirizz elettroniku li jispiċċa bi @ ecb.europa.eu jew @ ecb.int. Qatt ma għandek tafda email iffowerdjata.
  • Iċċekkja t-test għal kliem mhux tas-soltu, żbalji ortografiċi u żbalji tipografiċi.
  • Iċċekkja l-links fl-email: poġġi l-maws fuq il-link (mingħajr ma tikklikkja fuqha). Dan jurik t-test sħiħ tal-link. Xi programmi tal-email dan juruh f’qiegħ tal-iskrin. Jekk il-link ma tinkludix “ecb.europa.eu”, l-email hija probabbilment frawdolenti.
  • B’mod ġenerali, kun suspettuż/a dwar emails mhux mistennija li jitolbuk tieħu azzjonijiet immedjati (eż. tittrasferixxi l-flus b’mod urġenti) jew li jidhru sbieħ wisq biex ikunu veri.
  • Iċċekkja n-numru tat-telefown ta’ min iċempel mhux mitlub: jekk jidher li huwa numru tat-telefown tal-BĊE (+49 69 1344 XXXX), jista’ jkun li kont suġġett għal “spoofing tal-ID ta’ min iċempel”. Dan meta min iċempel xjentement jiffalsifika l-informazzjoni trażmessa biex jaħbi n-numru li minnu qed iċempel.

X’tista’ tagħmel biex tipproteġi lilek innifsek?

Qatt m’għandek tittrasferixxi flus mingħajr ma tkun taf min se jirċevihom, u qatt m'għandek tiżvela informazzjoni bħan-numru tal-kont bankarju tiegħek, dettalji tal-ID personali tiegħek jew kwalunkwe informazzjoni personali oħra.

Il-BĊE mhuwiex responsabbli għall-użu ħażin tal-isem, il-logo u/jew l-indirizz u/jew in-numri tat-telefown tiegħu minn qerq (scams) li jridu li jiffrodaw membri tal-pubbliku. Nagħtuk parir li tirrapporta każijiet ta’ frodi lill-awtoritajiet lokali tal-infurzar tal-liġi tiegħek jew li tfittex parir mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti.

Tixtieq tkun taf aktar dwar il-politika ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà u ta’ drittijiet tal-awtur tal-BĊE?

Tagħrif ieħor