Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-31 ta’ Marzu 2017

5 ta' April 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2017 iż-żieda ta’ EUR 22.1 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.8 biljun għal EUR 284.7 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli, li pattew sew għat-tnaqqis ta’ EUR 1.4 biljun minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
30 ta’ Marzu 2017 Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.0 biljun USD 4.5 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 305.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.3 biljun għal EUR 1,114.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 42.6 biljun għal EUR 178.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 122.3 biljun għal EUR 200.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 14.8 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 1.3 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 16.7 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I). Barra minn hekk, ġiet konkluża r-raba’ offerta ta’ EUR 233.5 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 584.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 508.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 8.4 biljun għal EUR 1,887.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-31 ta’ Marzu 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 9.6 biljun - -EUR 0.5 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.1 biljun - -EUR 0.2 biljun +EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 214.4 biljun +EUR 0.4 biljun -EUR 0.6 biljun -EUR 0.6 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 24.2 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.3 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 75.5 biljun +EUR 1.9 biljun -EUR 0.0 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,457.7 biljun +EUR 13.4 biljun -EUR 0.3 biljun -EUR 5.4 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 99.7 biljun - - +EUR 0.2 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 102.3 biljun għal EUR 1,048.5 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,161.631 kull uqija fina

USD: 1.0691 kull EUR

JPY: 119.55 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.27 kull SDR

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 404,188 0 22,127
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 323,354 −1,616 −1,415
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,550 −8 −286
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 245,804 −1,608 −1,128
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 33,872 1,311 −277
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 20,203 788 −38
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 20,203 788 −38
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 784,224 197,408 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 14,755 −17,927 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 769,185 215,376 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 285 −40 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 69,774 −12,724 0
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,192,838 13,093 −8,798
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,887,124 14,336 −5,911
  7.2 Titoli oħra 305,713 −1,243 −2,887
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,372 −6 −32
9 Assi oħra 245,905 9,920 3,950
Attiv totali 4,100,730 208,176 15,517
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,114,454 3,258 0
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,632,524 177,396 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,048,498 102,276 0
  2.2 Faċilità tad-depożitu 584,014 75,115 0
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 12 6 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 15,142 1,078 0
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 304,809 −36,064 0
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 178,894 −42,606 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 125,915 6,542 0
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 218,774 65,318 −16
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,043 −1,889 −82
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,393 −1,668 36
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,393 −1,668 36
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,048 0 −215
10 Obbligazzjonijiet oħra 229,421 258 −1,819
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 412,030 0 17,613
12 Kapital u riżervi 101,091 489 0
Passiv totali 4,100,730 208,176 15,517
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja