Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-17 ta’ Marzu 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Marzu 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 282.5 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
16 ta’ Marzu 2017 | Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.9 biljun | USD 1.0 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 309.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 1,112.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 35.9 biljun għal EUR 178.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 36.6 biljun għal EUR 89.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Marzu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 23.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 26.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 491.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 525.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.8 biljun għal EUR 1,862.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-17 ta’ Marzu 2017 | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri | Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 10.7 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 6.6 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 214.7 biljun | +EUR 1.1 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 23.9 biljun | +EUR 0.1 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 72.2 biljun | +EUR 1.9 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,435.5 biljun | +EUR 16.0 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 99.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 18.0 biljun għal EUR 984.4 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 382,061 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 324,637 | −698 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,874 | 92 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 246,763 | −790 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 33,022 | −1,617 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 18,709 | −977 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 18,709 | −977 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 580,501 | 2,362 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 26,514 | 2,634 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 553,809 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 178 | −272 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 86,316 | 3,651 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,172,874 | 19,075 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,862,925 | 18,760 | |
7.2 | Titoli oħra | 309,949 | 315 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,410 | 0 | |
9 | Assi oħra | 232,383 | −4,737 | |
Attiv totali | 3,856,913 | 17,059 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,112,916 | −844 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,475,643 | −16,252 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 984,357 | 18,035 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 491,283 | −34,247 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 3 | −39 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 15,325 | −27 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 297,858 | 40,763 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 178,425 | 35,912 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 119,433 | 4,851 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 152,865 | −4,121 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,491 | −2,486 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 12,406 | −383 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 12,406 | −383 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 59,263 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 232,129 | 408 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 394,418 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,600 | 0 | |
Passiv totali | 3,856,913 | 17,059 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja