Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Jannar 2017

17 ta' Jannar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Jannar 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 281.2 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
12 ta’ Jannar 2017 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 2.1 biljun USD 0.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 320.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 6.8 biljun għal EUR 1,115.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 27.6 biljun għal EUR 137.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 22.7 biljun għal EUR 127.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Jannar 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 34.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 461.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 440.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 24.2 biljun għal EUR 1,690.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-13 ta’ Jannar 2017 Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 12.3 biljun - -EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.9 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 207.2 biljun +EUR 3.8 biljun -EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.0 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 54.0 biljun +EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,284.5 biljun +EUR 18.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.7 biljun għal EUR 935.3 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,062 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 326,902 352
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,676 −35
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 248,226 387
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,718 2,824
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,518 −952
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,518 −952
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 589,065 −1,760
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,319 −1,686
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 556,570 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 175 −74
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 74,838 3,921
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,010,352 23,376
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,690,230 24,155
  7.2 Titoli oħra 320,122 −779
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,460 0
9 Assi oħra 235,387 −3,096
Attiv totali 3,697,302 24,664
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,115,472 −6,751
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,396,795 27,645
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 935,308 6,730
  2.2 Faċilità tad-depożitu 461,388 20,854
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 99 61
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,590 726
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 240,228 26,416
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 137,860 27,646
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 102,367 −1,230
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 138,836 −28,527
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 7,735 2,033
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 13,410 2,709
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,410 2,709
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 221,747 417
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0
12 Kapital u riżervi 99,808 −3
Passiv totali 3,697,302 24,664
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja