Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-30 ta’ Diċembru 2016

4 ta' Jannar 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-30 ta’ Diċembru 2016 it-tnaqqis ta’ EUR 30.6 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali, kif ukoll aġġustament tekniku li ammonta għal EUR 1 miljun, li sar minn bank ċentrali nazzjonali wieħed tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 8.6 biljun għal EUR 286.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2 biljun għal EUR 320.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 0.5 biljun għal EUR 1,126.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 18.2 biljun għal EUR 114.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.7 biljun għal EUR 171.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 32.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 39.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 424.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 422.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 1,654 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-30 ta’ Diċembru 2016 Differenza mqabbla mat-23 ta’ Diċembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mas-23 ta’ Diċembru 2016 – fidi Differenza mqabbla mat-23 ta’ Settembru 2016 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 12.8 biljun - - -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.9 biljun - - +EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 203.5 biljun +EUR 0.0 biljun - -EUR 0.6 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 22.8 biljun - -EUR 0.2 biljun -EUR 0.0 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 51.1 biljun +EUR 0.0 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,254.6 biljun +EUR 0.0 biljun - -EUR 4.8 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 102.3 biljun - - +EUR 0.2 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 41.9 biljun għal EUR 889 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2016 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,098.046 kull uqija fina

USD: 1.0541 kull EUR

JPY: 123.4 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.2746 kull SDR

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 382,061 1 −30,575
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 327,854 1,607 8,476
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,752 23 1,600
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 249,102 1,584 6,876
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,719 −5,584 769
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 19,082 890 −80
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 19,082 890 −80
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 595,873 6,073 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 39,131 6,254 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 556,570 0 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 172 −181 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 69,104 −2,554 0
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,974,899 404 −7,845
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,654,026 −174 −5,271
  7.2 Titoli oħra 320,873 578 −2,574
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,460 −2 25
9 Assi oħra 236,847 −3,201 8,789
Attiv totali 3,662,901 −2,367 −20,441
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,126,216 −521 0
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,313,264 −40,520 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 888,988 −41,875 0
  2.2 Faċilità tad-depożitu 424,208 1,335 0
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 69 20 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,427 611 0
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 220,760 −17,255 −1
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 114,880 −18,193 −2
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 105,880 939 1
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 205,678 59,985 4
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,644 −3,640 292
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 9,301 −1,317 188
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,301 −1,317 188
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 59,263 0 1,131
10 Obbligazzjonijiet oħra 221,402 290 2,074
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 394,418 0 −24,128
12 Kapital u riżervi 99,527 0 0
Passiv totali 3,662,901 −2,367 −20,441
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja