Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta' Settembru 2017

4 ta’ Ottubru 2017

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta' Settembru 2017 it-tnaqqis ta’ EUR 32 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 255.7 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għar-rivalutazzjoni trimestrali tal-assi u l-obbligazzjonijiet li pattew għal, u qabżu, iż-żieda ikkawżata mit-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta' likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur

Tip ta' tranżazzjoni

Ammont li mmatura

Ammont ġdid

28 ta' Settembru 2017

Tranżazzjoni inversa ta' 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

USD 35 miljun

USD 3,220 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 283.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3.4 biljun għal EUR 1,143.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 229.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.5 biljun għal EUR 119.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 5.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 4.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.5 biljun. Barra dan, ġew rimborżati qabel il-maturità EUR 4.2 biljun provduti fl-ewwel u t-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I u II) .

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 649 biljun (imqabbel ma’ EUR 647.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 7.2 biljun għal EUR 2,221.3 biljun. It-tabella ta' hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b'kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja

Valur rappurtat fid-29 ta' Settembru 2017

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi

Bidla mill-ġimgħa l-oħra – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 1

EUR 7.0 biljun

-

-EUR 0.2 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 2

EUR 4.8 biljun

-

-EUR 0.0 biljun

+EUR 0.0 biljun

Programm ta' xiri ta' bonds garantiti 3

EUR 231.3 biljun

+EUR 1.5 biljun

-EUR 0.4 biljun

-EUR 0.6 biljun

Programm ta' xiri ta' titoli koperti b'assi

EUR 24.1 biljun

+EUR 0.2 biljun

-EUR 0.3 biljun

-EUR 0.0 biljun

Programm ta' xiri mis-settur korporattiv

EUR 114.7 biljun

+EUR 2.0 biljun

-

-EUR 0.3 biljun

Programm ta' xiri mis-settur pubbliku

EUR 1,748.1 biljun

+EUR 12.4 biljun

-EUR 0.5 biljun

-EUR 6.8 biljun

Programm tas-Swieq tat-Titoli

EUR 91.4 biljun

-

-

+EUR 0.2 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b'EUR 42.4 biljun għal EUR 1,175.2 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju u l-istrumenti finanzjarji (inkluża parti tal-investimenti f’titoli barra mill-programmi ta' xiri ta' assi) jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru.

L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2017 jidher fil-kolonna miżjuda “Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,089.785 kull uqija fina

USD: 1.1806 kull EUR

JPY: 132.82 kull EUR

CNY: 7.8534 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu: EUR 1.1969 kull SDR

NOTA: Bidla fil-politika tat-traduzzjoni

Wara li analizza l-użu limitat tan-nota spjegatorja f'lingwi oħra minbarra l-Ingliż, il-BĊE ddeċieda li jippubblika din in-nota bl-Ingliż biss mill-10 ta' Ottubru 2017, waqt li l-Gwida għall-Utent, li qabel kienet disponibbli biss bl-Inliż, ser tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Il-qarrejja jistgħu jkomplu jibagħtu domandi b'rabta mar-rapport finanzjarju ta' kull ġimgħa lil info@ecb.europa.eu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE u jirċievu risposta bl-istess lingwa.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 379,047 0 −32
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 296,872 2,312 −7,985
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 73,043 −9 −1,456
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 223,828 2,321 −6,528
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 30,792 −1,717 −914
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,747 956 −15
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,747 956 −15
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 768,453 −5,111 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 4,208 −852 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 764,076 −4,306 0
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 169 47 0
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 53,326 −6,107 0
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 2,504,430 13,271 −7,336
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 2,221,315 14,579 −7,412
  7.2 Titoli oħra 283,115 −1,308 76
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,673 0 −62
9 Assi oħra 242,284 −162 3,312
Attiv totali 4,318,624 3,444 −13,031
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
ii) aġġustamenti tal-aħħar tliet xhur
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,143,514 3,363 0
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,824,289 −40,955 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 1,175,208 −42,380 0
  2.2 Faċilità tad-depożitu 648,999 1,382 0
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 82 43 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 9,749 −908 0
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 351,877 −10,446 0
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 229,591 −6,590 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 122,287 −3,856 0
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 231,097 57,530 3
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 5,915 −2,675 −134
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,397 −73 −288
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,397 −73 −288
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 55,649 0 −1,056
10 Obbligazzjonijiet oħra 218,893 −2,392 −4,590
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 364,946 0 −6,967
12 Kapital u riżervi 102,297 0 0
Passiv totali 4,318,624 3,444 −13,031
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja