Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ Lulju 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Lulju 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 261.6 biljun.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
13 ta’ Lulju 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 55 miljun |
USD 40 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 292.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,141.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 21.5 biljun għal EUR 230.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 25.3 biljun għal EUR 180.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 8.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 594.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 620.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 16.2 biljun għal EUR 2,097.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fl-14 ta’ Lulju 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 7.5 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 5.3 biljun |
- |
-EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 223.9 biljun |
+EUR 1.2 biljun |
-EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 24.7 biljun |
+EUR 0.2 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 100.3 biljun |
+EUR 1.4 biljun |
- |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,637.2 biljun |
+EUR 13.8 biljun |
- |
Programm tas-Swieq tat-Titoli |
EUR 98.7 biljun |
- |
- |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 31.2 biljun għal EUR 1,197.8 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,091 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 302,920 | −626 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,232 | −381 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 228,688 | −244 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 31,563 | 1,063 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,180 | −12 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,180 | −12 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 774,610 | −1,102 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 7,104 | −1,146 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 767,314 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 192 | 44 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 69,019 | −485 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,390,365 | 15,945 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,097,455 | 16,185 | |
7.2 | Titoli oħra | 292,910 | −239 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,735 | 6 | |
9 | Assi oħra | 238,803 | −198 | |
Attiv totali | 4,229,286 | 14,590 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,141,178 | 1,219 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,792,119 | 4,791 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,197,818 | 31,186 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 594,227 | −26,445 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 73 | 50 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 9,795 | 11 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 360,246 | 20,134 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 230,662 | 21,519 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 129,584 | −1,385 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 156,361 | −12,422 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 4,953 | −37 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 11,195 | 859 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,195 | 859 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 56,705 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 222,527 | 34 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 371,913 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,296 | 0 | |
Passiv totali | 4,229,286 | 14,590 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja