Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Diċembru 2016

6 ta' Diċembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 275.5 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Diċembru 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.3 biljun USD 1.3 biljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 324.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 8.6 biljun għal EUR 1,108.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 37.7 biljun għal EUR 147.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 22.4 biljun għal EUR 94.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 33.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 36.0 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 5.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.3 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 451.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 428.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.0 biljun għal EUR 1,608.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-2 ta’ Diċembru 2016 Differenza mqabbla mal-25 ta’ Novembru 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mal-25 ta’ Novembru 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 13.2 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.0 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 203.5 biljun +EUR 1.3 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 22.5 biljun +EUR 0.3 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 48.2 biljun +EUR 2.0 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,211.7 biljun +EUR 14.5 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 29.3 biljun għal EUR 849.7 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,634 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 314,377 309
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,424 0
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 236,953 309
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 34,007 1,685
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 17,439 −806
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 17,439 −806
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,587 482
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 35,952 2,233
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 510,468 −1,746
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 168 −5
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 83,068 −734
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,932,267 18,367
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,608,093 18,008
  7.2 Titoli oħra 324,174 360
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,439 0
9 Assi oħra 220,563 1,847
Attiv totali 3,587,380 21,150
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,108,444 8,631
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,301,334 52,139
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 849,679 29,258
  2.2 Faċilità tad-depożitu 451,648 22,881
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 7 0
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 3,633 84
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 253,809 −36,373
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 146,973 −37,720
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 106,837 1,346
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 113,228 −4,215
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,815 998
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,934 430
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,934 430
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 214,669 −543
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 100,836 0
Passiv totali 3,587,380 21,150
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja