Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-19 ta’ Awwissu 2016

23 ta' Awissu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, fil-livell ta’ EUR 271.4 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta' Awissu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 105.0 miljun USD 10.0 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 337.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 1,096.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 16.3 biljun għal EUR 142.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 3.8-il biljun għal EUR 166.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 41.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 358.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 354.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.6 biljun għal EUR 1,339.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-19 ta’ Awwissu 2016 Differenza mqabbla mat-12 ta’ Awwissu 2016 – xiri Differenza mqabbla mat-12 ta’ Awwissu 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 16.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 7.4 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 188.4 biljun +EUR 0.7 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 20.3 biljun +EUR 0.0 biljun -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 17.8 biljun +EUR 1.6 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 980.5 biljun +EUR 11.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 108.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 740.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u krediti f’deheb 413,141 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 308,871 1,567
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,244 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
231,627 1,567
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 32,150 −1,417
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 17,189 63
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,189 63
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,660 57
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 41,652 31
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 483,982 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 26 26
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 93,834 1,585
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 1,676,471 13,255
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,339,256 13,641
  7.2 Titoli oħra 337,215 −386
8 Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,477 0
9 Assi oħra 219,530 1,645
Assi Totali 3,313,323 16,755
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,096,798 −3,611
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,099,605 2,265
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 740,892 −1,575
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 358,701 3,861
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 11 −22
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro 3,874 8
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro 240,896 15,901
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 142,725 16,330
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 98,172 −430
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 77,407 1,354
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 3,052 −69
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro 8,072 228
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,072 228
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 58,486 0
10 Passiv ieħor 203,375 680
11 Kont tar-rivalutazzjoni 420,923 0
12 Kapitali u riżervi 100,835 0
Total tal-passiv 3,313,323 16,755
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja