Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-4 ta’ Settembru 2015

8 ta' Settembru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Settembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 264.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
3 ta’ Settembru 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 135 miljun USD 136 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-BĊE għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 359.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 1,055.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 17.3 biljun għal EUR 49.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.7 biljun għal EUR 360.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 70.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 71.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 167.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 154.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.2 biljun għal EUR 585.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-4 ta’ Settembru 2015 Differenza mqabbla mat-28 ta’ Awwissu 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-28 ta’ Awwissu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.3 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 112.2 biljun +EUR 1.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 11.5 biljun +EUR 0.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 301.4 biljun +EUR 11.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 127.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 11.2 biljun għal EUR 449.7 biljun.

Korrezzjoni għar-Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja ppubblikat fl-1 ta’ Settembru 2015

Fir-rigward tar-rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Awwissu 2015 (ippubblikat fl-1 ta’ Settembru 2015) għandu jiġi nnotat li l-partita Assi oħra (A9) kellha turi bilanċ ta’ EUR 228,196 miljun minflok EUR 227,346 miljun, u li l-partita Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (P1) kellha turi bilanċ ta’ EUR 1,054,084 miljun minflok EUR 1,053,233 miljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,457 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 289,550 32
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,128 −78
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
210,422 111
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,674 −304
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,472 138
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,472 138
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 527,355 −1,113
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 71,040 960
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 456,227 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 88 −2,073
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 130,543 −1,304
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 945,138 13,480
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 585,593 13,162
  7.2 Titoli oħra 359,545 318
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,177 0
9 Assi oħra 225,946 −2,250
Assi Totali 2,568,311 8,679
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,055,064 981
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 616,812 23,789
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 449,680 11,175
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 166,997 12,611
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 135 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,648 −125
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,295 −15,933
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 49,689 −17,288
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 66,606 1,355
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,702 769
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,293 −64
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,107 −443
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,107 −443
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 210,310 −294
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 97,201 0
Total tal-passiv 2,568,311 8,679
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja