Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ April 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ April 2015 iż-żieda ta’ EUR 40.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet bi EUR 26.4 biljun għal EUR 273.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 378.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 11.8 biljun għal EUR 1,024.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 12.9 biljun għal EUR 68.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 39.3 biljun għal EUR 435.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 120.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 103.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 85.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 63.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.7 biljun għal EUR 300.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-3 ta’ April 2015 | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - xiri | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - fidi | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 25.9 biljun | - | EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 11.4 biljun | - | EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 64.7 biljun | EUR 2.0 biljun | - | - EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 4.9 biljun | EUR 0.2 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 52.5 biljun | EUR 11.5 biljun | - | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 141.3 biljun | - | - | + EUR 0.4 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 29.7 biljun għal EUR 263.3 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Marzu 2015 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 1,103.030 kull uqija fina
USD: 1.0759 kull EUR
JPY: 128.95 kull EUR
SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2830 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 383,965 | 0 | 40,126 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 306,243 | −3,156 | 27,968 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,532 | 17 | 6,139 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
222,711 | −3,173 | 21,830 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 37,374 | 2,561 | 3,655 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,335 | −2,430 | −18 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,335 | −2,430 | −18 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 521,246 | −17,054 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 103,587 | −16,920 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 417,558 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 101 | −133 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −1 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 124,128 | 2,862 | 1 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 679,338 | 11,932 | 4,783 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 300,731 | 13,561 | 156 | |
7.2 | Titoli oħra | 378,607 | −1,628 | 4,627 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,718 | 0 | 53 | |
9 | Assi oħra | 232,777 | −1,227 | 13,267 | |
Assi Totali | 2,334,126 | −6,510 | 89,835 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,024,754 | 11,817 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 349,224 | −7,402 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 263,335 | −29,669 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 85,863 | 22,240 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 27 | 27 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,591 | 212 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 126,602 | −3,357 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 68,429 | −12,906 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 58,173 | 9,549 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 38,775 | −6,220 | 26 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,780 | −337 | 204 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 7,596 | −211 | 665 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,596 | −211 | 665 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 60,656 | 0 | 4,282 | |
10 | Passiv ieħor | 219,839 | −1,013 | 12,109 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 403,298 | 0 | 72,400 | |
12 | Kapitali u riżervi | 96,011 | 0 | 150 | |
Total tal-passiv | 2,334,126 | −6,510 | 89,835 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja