Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-27 ta’ Frar 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 246.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 377.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 1,007.0 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 52.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 8.9 biljun għal EUR 451.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 122.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 165.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 8.9 biljun minn operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità. Barra minn hekk, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 101.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 54.0 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 37.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 42.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 234.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-27 ta’ Frar 2015 | Differenza mqabbla mal-20 ta’ Frar 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-20 ta’ Frar 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 26.6 biljun | - | EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.0 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 51.2 biljun | EUR 2.5 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 3.5 biljun | EUR 0.5 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 140.9 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 5.6 biljun għal EUR 235.0 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,867 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 278,539 | 2,874 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,400 | −324 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
199,139 | 3,199 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 33,043 | −2,350 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,023 | 1,361 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,023 | 1,361 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 488,659 | −13,889 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 165,352 | 43,238 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 322,959 | −56,264 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 326 | −880 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 22 | 17 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 124,869 | 2,968 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 611,585 | 1,450 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 234,176 | 2,651 | |
7.2 | Titoli oħra | 377,409 | −1,201 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,665 | 0 | |
9 | Assi oħra | 226,586 | −4,373 | |
Assi Totali | 2,155,836 | −11,958 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,006,962 | 1,962 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 272,032 | 659 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 234,965 | 5,618 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 37,067 | −4,917 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | −42 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,304 | −14 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 97,374 | −12,794 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 52,387 | −18,072 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 44,987 | 5,278 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 62,479 | −2,871 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,197 | 252 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,608 | −412 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,608 | −412 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,374 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 220,145 | 1,261 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,898 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 95,464 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,155,836 | −11,958 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja