Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Frar 2015

17 ta' Frar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 244.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 377.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,005.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 56.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 66.6 biljun għal EUR 454.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 104.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 9.4 biljun minn operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 35.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 229.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-13 ta’ Frar 2015 Differenza mqabbla mas-6 ta’ Frar 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-6 ta’ Frar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 27.0 biljun - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.6 biljun - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 46.0 biljun EUR 3.0 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 2.9 biljun EUR 0.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 6.8 biljun għal EUR 226.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 273,815 746
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,727 −154
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
194,088 901
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 36,692 2,459
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,345 −482
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,345 −482
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 500,152 −56,947
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 104,538 −47,230
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,402 −9,386
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 211 −306
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −26
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,283 51,717
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 606,487 5,502
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 229,385 2,786
7.2 Titoli oħra 377,102 2,716
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 229,818 −83
Assi Totali 2,153,125 2,913
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,005,592 898
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 272,314 2,804
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 226,862 −6,843
2.2 Faċilità ta’ depożitu 45,428 9,626
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 24 21
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,377 −11
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,754 3,328
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 55,985 749
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,769 2,579
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 71,459 −4,445
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,033 554
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,632 1,959
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,632 1,959
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 214,228 −2,174
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,464 0
Total tal-passiv 2,153,125 2,913
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja