Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Ġunju 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 210.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.
Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 358 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 957.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 19.5 biljun għal EUR 100.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 40.2 biljun għal EUR 496.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 174 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 149.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 102.9 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 119.2 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 1.8 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 37.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 39.9 biljun fil-ġimgħa ta' qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 212.8 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 162.7 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 35.9 biljun u EUR 14.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 22.3 biljun għal EUR 187.1 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 326,478 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 248,259 | 2,357 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,666 | 347 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
166,593 | 2,010 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,865 | −923 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,925 | 333 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,925 | 333 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 653,280 | −26,468 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 149,351 | −24,651 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 503,892 | −1,790 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 37 | −27 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 61,125 | 3,716 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 570,850 | −2,895 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 212,847 | −2,412 | |
7.2 | Titoli oħra | 358,003 | −483 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 27,267 | 0 | |
9 | Assi oħra | 242,266 | −900 | |
Assi Totali | 2,172,316 | −24,778 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 957,808 | 3,991 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 343,693 | −8,494 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 187,123 | −22,269 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 37,312 | −2,598 | |
2.3 | Depożiti fissi | 119,200 | 16,323 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 58 | 51 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,848 | 161 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 141,639 | −21,369 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 100,291 | −19,466 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 41,348 | −1,903 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 78,278 | 1,821 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 989 | −16 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,638 | 1,296 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 6,638 | 1,296 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,830 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 206,278 | −2,927 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 288,913 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 93,403 | 759 | |
Total tal-passiv | 2,172,316 | −24,778 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja