Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Novembru 2013

5 ta' Novembru 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Novembru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 207.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-Eurosistema ma għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System fil-ġimgħa li għaddiet.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 351.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 924.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 26.1 biljun għal EUR 62.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 4.4 biljun għal EUR 500 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 90.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 188 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 1.9 biljun filwaqt li ammont ta’ EUR 1.8 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ġie rimborżat qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 52.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 51.3 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 241.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati kemm fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Novembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 184.1 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 42 biljun u EUR 15.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.2 biljun għal EUR 226.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,919 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,795 −607
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,176 30
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
161,619 −636
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,175 852
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,467 −280
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,467 −280
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 740,153 −3,749
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 89,319 −1,286
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 650,810 −2,486
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 24 24
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,406 3,151
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 593,354 −1,631
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 241,614 −4,131
7.2 Titoli oħra 351,740 2,500
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,328 0
9 Assi oħra 239,794 −2,088
Assi Totali 2,314,393 −4,351
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 924,528 6,655
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 467,102 −2,560
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 226,935 −3,221
2.2 Faċilità ta’ depożitu 52,127 792
2.3 Depożiti fissi 188,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 39 −131
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,692 195
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,342 −8,671
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 62,677 −26,076
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 47,665 17,405
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,510 −3,151
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,241 −484
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,999 439
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,999 439
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,565 0
10 Passiv ieħor 228,460 3,225
11 Kont tar-rivalutazzjoni 304,534 0
12 Kapitali u riżervi 90,420 0
Total tal-passiv 2,314,393 −4,351
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja