Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Awwissu 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Awwissu 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 212.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Awwissu 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4 biljun għal EUR 348.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 922.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 38.8 biljun għal EUR 75.6 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 3.9 biljun għal EUR 521.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Lulju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 102.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 109.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 195.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.7 biljun filwaqt li tħallsu EUR 1.5 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 87.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 79.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 252.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Awwissu 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 192.6 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 44.1 biljun u EUR 15.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 16.5 biljun għal EUR 272.3 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 319,968 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 247,320 | −348 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 85,333 | 271 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
161,988 | −619 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 25,825 | −65 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,660 | 869 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,660 | 869 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 804,920 | 4,346 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 109,163 | 6,862 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 695,734 | −1,810 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 19 | −710 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 3 | 3 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 86,813 | 773 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 600,712 | −6,925 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 252,499 | −2,885 | |
7.2 | Titoli oħra | 348,213 | −4,040 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,356 | 0 | |
9 | Assi oħra | 255,517 | −3,741 | |
Assi Totali | 2,391,090 | −5,091 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 922,288 | 5,631 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 555,384 | 24,795 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 272,329 | 16,507 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 87,348 | 8,106 | |
2.3 | Depożiti fissi | 195,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 208 | 181 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 6,519 | −174 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 99,748 | −37,367 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 75,598 | −38,774 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 24,150 | 1,406 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 135,923 | −465 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,387 | −254 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,761 | −660 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,761 | −660 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,240 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 235,742 | 3,380 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 284,680 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,418 | 23 | |
Total tal-passiv | 2,391,090 | −5,091 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja