Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta’ Lulju 2013

30 ta' Lulju 2013

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Lulju 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 212.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Lulju 2013 ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 352.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 916.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 3.4 biljun għal EUR 114.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.6 biljun għal EUR 525.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 104.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 102.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 195.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 2.4 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 79.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 76.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 255.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Lulju 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 195.5 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 44.1 biljun u EUR 15.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.8 biljun għal EUR 255.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 319,968 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 247,668 456
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,061 −29
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,607 486
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,890 −291
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,790 48
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,790 48
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 800,574 −3,796
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 102,302 −2,125
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 697,544 −2,382
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 729 711
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 86,040 −2,296
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 607,637 1,073
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 255,384 −325
7.2 Titoli oħra 352,253 1,398
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,356 0
9 Assi oħra 259,258 2,028
Assi Totali 2,396,181 −2,778
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 916,657 −112
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 530,590 −6,051
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 255,821 −8,841
2.2 Faċilità ta’ depożitu 79,242 2,810
2.3 Depożiti fissi 195,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27 −21
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,693 267
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 137,115 1,702
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 114,372 3,350
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 22,743 −1,649
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136,388 12
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,640 −106
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,420 154
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,420 154
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,240 0
10 Passiv ieħor 232,362 1,356
11 Kont tar-rivalutazzjoni 284,680 0
12 Kapitali u riżervi 90,395 0
Total tal-passiv 2,396,181 −2,778
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja