Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-15 ta’ Frar 2013

19 ta' Frar 2013

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Frar 2013 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 216.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
14 ta’ Frar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1 biljun USD 1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu bi EUR 30.4 biljun għal EUR 336.5 biljun, l-aktar minħabba r-realizzazzjoni tal-kollateral min-naħa ta’ wieħed mill-banek ċentrali nazzjonali (ara wkoll l-istqarrija għall-istampa li ħarġet mar-Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Frar 2013). Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 881.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 67.9 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 19.2 biljun għal EUR 673.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Frar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 129.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 128.7 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 10.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 7.8 biljun, waqt li tħallas ammont ta’ EUR 5 biljun qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (imqabbel ma’ żero fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 131.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 157.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 270.5 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija akkwistati permezz tal-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-15 ta’ Frar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat permezz tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.4 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 48.8 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 23.4 biljun għal EUR 466.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 438,688 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 254,040 768
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,677 −339
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,362 1,107
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,537 346
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,902 −1,397
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,902 −1,397
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,010,614 −6,537
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 128,680 −628
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 880,153 −7,689
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,781 1,781
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 83,669 −3,501
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 607,057 30,262
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 270,511 −106
7.2 Titoli oħra 336,546 30,368
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,912 0
9 Assi oħra 283,306 −31,789
Assi Totali 2,755,725 −11,846
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 881,058 −2,343
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 803,865 −2,418
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 466,468 23,366
2.2 Faċilità ta’ depożitu 131,885 −25,313
2.3 Depożiti fissi 205,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 12 −471
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,799 132
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 103,015 −996
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,904 1,302
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,111 −2,298
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 170,772 −3,513
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,537 153
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,721 1,154
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,721 1,154
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,952 0
10 Passiv ieħor 230,592 −4,493
11 Kont tar-rivalutazzjoni 407,378 0
12 Kapitali u riżervi 86,035 478
Total tal-passiv 2,755,725 −11,846
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja