Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta' Novembru 2012

6 ta' Novembru 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta' Novembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 229.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta' Novembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.6 biljun USD 3.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 311.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 893.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 96.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 2.2 biljun għal EUR 659.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 31 ta' Ottubru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 77.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 83.7 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 209.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar l-Erbgħa 31 ta' Ottubru 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 16.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 6.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 261.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 267 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 278.3 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Novembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.5 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 53.3 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 515.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 479,108 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 258,358 −1,754
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 90,261 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
168,097 −1,748
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 37,275 −1,014
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,560 −708
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,560 −708
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,131,744 −3,404
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 83,730 6,437
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,047,496 −10,038
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 514 198
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 4 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 232,223 1,479
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 590,204 −1,530
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 278,268 −742
7.2 Titoli oħra 311,936 −787
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,010 0
9 Assi oħra 265,211 1,079
Assi Totali 3,040,693 −5,850
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 893,220 5,117
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 987,986 −5,456
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 515,396 128
2.2 Faċilità ta’ depożitu 261,368 −5,599
2.3 Depożiti fissi 209,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,723 15
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,064 −384
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 151,782 578
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 96,644 4,041
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 55,138 −3,463
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 164,878 −4,015
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,122 −2,291
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,523 −359
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,523 −359
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,243 0
10 Passiv ieħor 232,499 960
11 Kont tar-rivalutazzjoni 452,824 0
12 Kapitali u riżervi 85,551 0
Total tal-passiv 3,040,693 −5,850
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja