Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Diċembru 2011

20 ta' Diċembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Diċembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.8 biljun għal EUR 241.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
15 ta’ Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 jiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.6 biljun USD 5.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 337.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3 biljun għal EUR 882.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 15.7 biljun għal EUR 45.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 142.8 biljun għal EUR 243.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  252.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 291.6 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 207 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 207.5 biljun. Ukoll nhar il-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 55.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 41.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 7.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 214.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 334.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 3.8 biljun għal EUR 272.5 biljun. Din iż-żieda kienet ir-riżulat nett ta’: (i) xiri konkluż ta’ EUR 3.4 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.5 biljun skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti; u (ii) it-titoli mifdija li nxtraw skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 210.9 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59 biljun u EUR 2.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 158.9 biljun għal EUR 298.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,821 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 235,679 1,635
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,184 1,876
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
152,495 −241
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 73,042 2,938
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,452 2,167
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 30,452 2,167
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 665,008 22,392
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 291,629 39,529
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 368,609 −14,396
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4,549 −2,858
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 221 117
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,555 −422
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 610,164 3,471
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 272,509 3,806
7.2 Titoli oħra 337,655 −335
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,928 −4
9 Assi oħra 336,156 817
Assi Totali 2,493,806 32,993
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 882,593 2,977
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 719,903 38,420
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 298,112 158,866
2.2 Faċilità ta’ depożitu 214,108 −120,797
2.3 Depożiti fissi 207,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 183 −149
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,175 499
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 55,271 −15,206
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 45,758 −15,746
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,512 540
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,835 3,895
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,153 182
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,563 −424
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,563 −424
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 208,069 2,650
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,493,806 32,993
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja