Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-18 ta’ Novembru 2011

22 ta' Novembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Novembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.5 biljun għal EUR 194.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Novembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.5 biljun USD 0.6 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 865.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.6 biljun għal EUR 57.4 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 60.9 biljun għal EUR 200.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 194.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 230.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 183 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 187 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 236.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 144.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kif tħabbar fis-6 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda li jniedi t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għandu jiġi implimentat bejn Novembru 2011 u l-aħħar ta’ Ottubru 2012. Ix-xiri skont dan il-programm hu rreġistrat taħt titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 8.3 biljun għal EUR 254.4 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tax-xiri ta’ EUR 8 biljun konkluż skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u x-xiri ta’ EUR 0.5 biljun konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll ta’ titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Novembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 194.7 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59.2 biljun u EUR 0.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 58.4 biljun għal EUR 236.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,823 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 229,403 194
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,382 143
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,022 50
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,126 587
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,762 474
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 28,762 474
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 625,489 36,247
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 230,264 35,499
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 392,481 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,675 695
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 68 52
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,656 1,569
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 590,575 9,337
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 254,365 8,300
7.2 Titoli oħra 336,210 1,037
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,966 0
9 Assi oħra 341,551 1,396
Assi Totali 2,393,350 49,803
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 865,139 −1,313
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 661,914 38,709
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 236,508 −58,420
2.2 Faċilità ta’ depożitu 236,781 92,080
2.3 Depożiti fissi 187,000 4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,625 1,050
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,150 4,577
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,302 7,357
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,381 7,550
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,920 −193
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 51,524 −359
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,652 −330
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,564 −341
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,564 −341
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 209,861 1,501
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,393,350 49,803
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja