Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta’ Awwissu 2011

30 ta' Awissu 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2011, it-tnaqqis ta’ EUR 4.0 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009) kif ukoll għan-negozju f’muniti tad-deheb li għamel bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 176.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u minħabba operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Fil-25 ta’ Awwissu 2011 immaturat operazzjoni ta’ sebat ijiem ta’ USD 0.5 biljun. Din l-operazzjoni, li tmexxiet mill-Eurosistema, kellha x’taqsam mal-arranġamenti temporanji reċiproċi dwar il-munita (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 335.0 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 850.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.9 biljun għal EUR 62.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.4 biljun għal EUR 289.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Awwissu 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 147.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 133.7 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 96.0 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 110.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 121.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 105.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 175.3 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ titoli mifdija skont l-istess programm. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Awwissu 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 115.6 biljun u EUR 59.7 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 47.8 biljun għal EUR 197.0 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,248 −4
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 214,935 −941
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,959 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
138,975 −942
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,901 588
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,750 −1,405
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,750 −1,405
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 524,581 −14,113
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 133,674 −14,015
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 390,830 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −90
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 77 −8
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,828 733
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 510,325 5,656
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 175,309 5,324
7.2 Titoli oħra 335,015 332
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 1
9 Assi oħra 328,122 4,472
Assi Totali 2,071,633 −5,013
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 850,189 −4,398
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 431,687 −15,590
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 196,998 −47,832
2.2 Faċilità ta’ depożitu 121,190 15,279
2.3 Depożiti fissi 110,500 14,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,998 2,462
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,660 2,480
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 70,910 10,581
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 62,528 10,868
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,382 −287
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,596 −308
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,083 494
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,773 −90
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,773 −90
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 205,427 1,818
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,071,633 −5,013
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja