Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-15 ta’ Lulju 2011

19 ta' Lulju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-15 ta’ Lulju 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 178.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 351.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 853.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 67.0 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 86.5 biljun għal EUR 379.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Lulju 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 120.0 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153.6 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 69.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 67.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Lulju 2011 immaturaw ukoll depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien kważi xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 10.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 65.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 134.2 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li nfdew titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-15 ta’ Lulju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.2 biljun u EUR 60.0 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 84.8 biljun għal EUR 242.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 363,252 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 217,439 1,119
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 75,604 1,323
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
141,835 −204
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,204 −569
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,992 915
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,992 915
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 465,156 31,908
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 153,597 33,573
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 311,509 −1,655
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 29 24
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 21 −34
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 52,431 6,610
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 485,360 −848
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,184 −165
7.2 Titoli oħra 351,176 −683
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,944 0
9 Assi oħra 296,416 −1,442
Assi Totali 1,957,194 37,692
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 853,418 1,663
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 327,630 30,256
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 242,399 84,837
2.2 Faċilità ta’ depożitu 10,254 −55,433
2.3 Depożiti fissi 74,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 977 852
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,373 −1,669
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 74,882 2,384
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,036 2,257
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,847 127
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,867 1,771
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,232 1,298
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,885 −1,657
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,885 −1,657
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0
10 Passiv ieħor 197,599 3,646
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,657 0
12 Kapitali u riżervi 81,480 0
Total tal-passiv 1,957,194 37,692
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja