Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-29 ta’ April 2011

3 ta' Mejju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ April 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv li minnhom jitnaqqsu l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 174.7 biljun minħabba tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 335.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.2 biljun għal EUR 834.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 17.6 biljun għal EUR 84.4 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 3.2 biljun għal EUR 335.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’April 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  97.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 117.9 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 76 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 71.4 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 28 ta’ April 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 71.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 63.4 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 27.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 13.1 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 136.5 biljun. Dan it-tnaqqis seħħ minħabba li mmaturaw titoli mixtrija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ April 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 76.1 biljun u EUR 60.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 16.8 biljun għal EUR 187.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 350,668 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 216,815 −1,244
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,236 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,578 −1,243
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,267 −243
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,371 −786
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,371 −786
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 434,259 12,781
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 117,883 20,511
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 316,310 −7,732
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3 −28
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 63 30
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,583 4,711
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 472,059 143
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 136,520 −75
7.2 Titoli oħra 335,539 218
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,548 −537
9 Assi oħra 290,533 −8,605
Assi Totali 1,894,101 6,219
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 834,430 −3,195
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 286,506 −7,209
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 187,655 −16,814
2.2 Faċilità ta’ depożitu 27,338 14,234
2.3 Depożiti fissi 71,403 −4,597
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 110 −32
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,050 −203
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,249 17,604
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 84,424 17,637
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,825 −33
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,158 −1,154
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 927 −33
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,830 −1,214
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,830 −1,214
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,612 −1
10 Passiv ieħor 182,263 1,819
11 Kont tar-rivalutazzjoni 305,890 0
12 Kapitali u riżervi 81,185 −194
Total tal-passiv 1,894,101 6,219
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja