Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-20 ta’ Frar 2009

24 ta' Frar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 166 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.3 biljun għal EUR 310.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 70 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 65.8 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din it-transazzjonui tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 35.7 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 33.5 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap), dwar il-munita bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar 2009, ġiet regolata transazzjoni overnight ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 0.2 biljun, li affettwat il- klejms kontra residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim mal-Magyar Nemzeti Bank biex tipprovdi faċilità ta’ sostenn għall-operazzjonijiet ta’ dan il-bank.

L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal-EUR 285.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 739.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.1 biljun għal EUR 105.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 13.6 biljun għal EUR 618.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  197.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 215.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 80 biljun (meta mqabbel ma’ 75.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 4.1 biljun għal EUR 243.4 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Dwar ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema tat-13 ta’ Frar 2009 (ippubblikat fis-17 ta’ Frar 2009), wieħed għandu jinnota li l-bilanċi mal-banek u l-investimenti f’titoli, is-self barrani u assi esterni oħra (il-partita nru. 2.2 tal-attiv) u klejms kontra residenti taż-żona tal-euro u denominati f’munita barranija (il-partita nru. 3 tal-attiv) kellhom juru bilanċ ta’ EUR 145,666 miljun u EUR 168,736 miljun rispettivament, minflok EUR 146,114 miljun u EUR 168,287 miljun. Barra dan, obbligazzjonijiet oħra (il-partita nru. 10 tal-passiv) kellhom juru EUR 175,848 miljun minflok EUR 175,849 miljun.

Il-bidliet attwali ta’ kull ġimgħa li jidhru fir-rapport finanzjarju ta’ din il-ġimgħa diġà jinkludu l-bidliet imsemmija hawn fuq.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 217,993 −166
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,324 530
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,128 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,196 530
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 166,940 −1,796
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,735 442
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,735 442
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 699,726 18,440
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 215,908 17,525
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 482,339 4
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,398 836
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 82 75
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,741 3,004
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 285,105 1,414
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,389 0
9 Assi oħra 239,422 2,456
Assi Totali 1,858,375 24,324
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 739,282 −1,463
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 324,342 754
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 243,432 −4,083
2.2 Faċilità ta’ depożitu 80,049 4,111
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 861 725
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 315 −18
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,055 23,151
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 105,678 23,100
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,377 51
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 236,439 −2,417
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −305 −192
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,710 214
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,710 214
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 179,821 3,973
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,682 322
Total tal-passiv 1,858,375 24,324
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja