Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Frar 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Frar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 155 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u x-xiri nett ta’ munita tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema ieħor.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 3.3 biljun għal EUR 311.7 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li jipprovdu likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Frar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 21.3 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 15.4 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Fl-istess jum, immaturat transazzjoni rriversjata oħra ta’ USD 59.1 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u mmaturat transazzjoni ġdida ta’ USD 70 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ħamis 12 ta’ Frar 2009 ukoll, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 0.1 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 35.3 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 35.7 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.7 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellhom ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti mill-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.3 biljun għal-EUR 283.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 740.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 82.6 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 49.3 biljun għal EUR 605.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 207.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 197.7 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 113.4 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u mmaturat transazzjoni ġdida ta’ EUR 104.7 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Frar 2009, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 66.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 18.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 10.7 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 75.9 biljuni (meta mqabbel ma’ 180.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 52.5 biljun għal EUR 247.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 218,159 | −155 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 159,243 | −454 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 13,129 | −42 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
146,114 | −411 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 168,287 | −2,626 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,293 | −1,015 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,293 | −1,015 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 681,286 | −55,929 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 198,383 | −9,369 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 482,335 | −46,286 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 562 | −233 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 6 | −40 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 27,737 | −2,472 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 283,691 | 2,307 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,389 | 0 | |
9 | Assi oħra | 236,966 | 599 | |
Assi Totali | 1,834,052 | −59,744 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 740,745 | −1,187 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 323,588 | −52,683 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 247,514 | 52,514 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 75,938 | −104,753 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 135 | −444 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 332 | −271 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,904 | 1,729 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 82,578 | 1,654 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,327 | 76 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 238,857 | −5,651 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | −113 | −940 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,496 | 1,121 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,496 | 1,121 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,446 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 175,849 | −2,079 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 176,589 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,360 | 216 | |
Total tal-passiv | 1,834,052 | −59,744 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja