Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ novembru 2008


2 ta' Diċembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Novembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 115-il miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 8.6 biljun għal EUR 349.5 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru 2008, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 72.5 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 84.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD ta’ USD 0.9 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 0.8 biljun, ukoll b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 17.9 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 20 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 120.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 731.5 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 25.7 biljun għal EUR 132.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 11.7 biljun għal EUR 591 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 338 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 334.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 42.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 4.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 203.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 224.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 7.7 biljun għal EUR 197.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 220,011 −115
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,670 −3,367
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,566 845
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
147,104 −4,212
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 208,202 9,756
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,277 −430
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,277 −430
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 794,921 −8,566
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 335,166 −3,554
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 455,319 −7,517
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4,375 2,483
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 60 22
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 49,487 5,338
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,502 1,153
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,491 0
9 Assi oħra 378,490 1,300
Assi Totali 1,979,051 5,070
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 731,454 4,771
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 401,159 −27,947
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 197,203 −7,702
2.2 Faċilità ta’ depożitu 203,888 −20,305
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 69 60
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 177 35
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142,095 22,041
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 132,376 25,744
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,719 −3,703
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 278,357 9,507
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija −1,546 30
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,517 −2,282
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,517 −2,282
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,384 0
10 Passiv ieħor 167,081 −1,087
11 Kont tar-rivalutazzjoni 168,685 0
12 Kapitali u riżervi 71,687 2
Total tal-passiv 1,979,051 5,070
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja