Rapport finanzjarju konsolidat tal-Ewrosistema tal-14 ta’ Diċembru 2007
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Novembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 10 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita Nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ munita tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti Nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti Nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 5.7 biljun għal EUR 366.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet li joffru likwidità. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Novembru 2008, immaturat tranżazzjoni rriversjata ta’ USD 58.6 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata tranżazzjoni ġdida ta’ USD 60.6 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju EUR/USD ta’ USD 1 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni ta’ swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. L-operazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni swap EUR/CHF ta’ CHF 21.2 biljun u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 15.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, ġiet regolata operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/DKK ta’ DKK 27.5 biljun, b’maturità ta’ xahar. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u Danmarks Nationalbank.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita Nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 118.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita Nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 728.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita Nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 77.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita Nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti Nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 139 biljun għal EUR 636.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 312 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 334.4 biljun. Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Novembru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 66.8 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplimentari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 41.6, b’maturità ta’ sitt xhur.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita Nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 8.4 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 163.8 biljuni (meta mqabbel ma’ 225.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita Nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 127.8 biljun għal EUR 280.2 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 220,183 | −10 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 160,230 | 4,447 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 11,750 | 1,699 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
148,480 | 2,748 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 227,511 | 986 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,557 | 131 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 11,557 | 131 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 800,711 | 77,301 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 335,184 | 22,395 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 462,835 | 60,667 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,654 | −5,787 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 37 | 26 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 43,587 | −23,769 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 118,795 | 134 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 37,442 | 0 | |
9 | Assi oħra | 378,704 | −866 | |
Assi Totali | 1,998,720 | 58,353 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 728,554 | −740 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 444,043 | 66,156 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 280,171 | 127,821 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 163,842 | −61,658 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 30 | −7 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 247 | −27 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 89,376 | 2,503 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 77,697 | 1,969 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,679 | 534 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 306,175 | −9,688 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | −1,391 | −511 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,000 | 254 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 17,000 | 254 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,384 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 168,963 | 405 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 168,685 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 71,684 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,998,720 | 58,353 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja