Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tad-19 ta’ Settembru 2008

23 ta' Settembru 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Settembru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 55 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 27.9 biljun għal EUR 194.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Settembru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li pprovdiet likwidità ta’ USD 40 biljun. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament, reċiproku u temporanju (linja swap) dwar il-munita, bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 110.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 681.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14-il biljun għal EUR 46.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 28 biljun għal EUR 448.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Settembru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 176.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 150 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 1.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 16.4 biljun għal EUR 213.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 208,125 −55
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 131,150 −3,581
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,163 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
121,987 −3,582
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 85,500 29,948
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,078 578
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,078 578
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 450,269 −26,232
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 150,001 −26,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 299,005 −993
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,260 1,260
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,475 2,837
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,310 300
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,474 17
9 Assi oħra 378,204 −953
Assi Totali 1,460,585 2,859
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 681,310 −1,367
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 215,097 −14,673
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 213,293 −16,416
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,801 1,746
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 142 1
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 54,424 −13,026
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 46,433 −14,036
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,991 1,010
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 108,386 30,052
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,528 491
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,261 −1,976
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,261 −1,976
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,120 0
10 Passiv ieħor 155,271 3,353
11 Kont tar-rivalutazzjoni 152,364 0
12 Kapitali u riżervi 71,682 4
Total tal-passiv 1,460,585 2,859
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja