Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat- 30 ta’ Marzu 2007

4 ta' April 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Marzu 2007, iż-żieda ta’ EUR 5.4 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett ta’ munita tad-deheb minn bank ċentral ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1 biljun għal EUR 144.7 biljun. Il-bidla kienet l-aktar minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv, filwaqt li transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmulin mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu analizzat irriżultaw f’żieda ta’ EUR 0.1 biljun.

L-investimenti mill-Eurosistema f’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal-EUR 88.9 biljun b’żieda ta EUR 0.9 biljun minħabba transazzjonijiet li aktar milli għamlu tajjeb għat-tnaqqis ikkawżat bir-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 613.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 57.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b'EUR 10.7 biljun għal EUR 432.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  282 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 283.5 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzament aktar fit-tul ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta' EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ipparagunat ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (ukoll ipparagunat ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

B’riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ l-Eurosistema (partita tal-passiv nru. 2.1) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 179.8 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-aħħar tliet xhur ta' l-attiv u l-passiv ta' l-Eurosistema

Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Marzu 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali " Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tliet xhur”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 498.198 kull uqija fin.

USD: 1.3318 kull EUR

JPY: 157.32 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1343 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 181,399 −273 5,676
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 140,655 −18 −1,048
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,776 −6 −77
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,879 −12 −971
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,212 514 −206
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,736 −200 −9
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,736 −200 −9
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 433,565 11,566 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 283,500 1,501 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 150,001 10,001 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 64 64 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,759 383 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 88,942 873 −26
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,283 −8 −26
9 Assi oħra 225,053 150 2,600
Assi Totali 1,162,604 12,984 6,964
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 613,605 5,297 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 181,014 2,201 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,754 1,307 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,103 1,056 0
2.3 Depożiti fissi 155 −163 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 106 −8 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,823 3,819 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,136 3,701 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,687 118 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,774 425 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 158 5 −4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 13,458 422 −197
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,458 422 −197
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,578 0 −33
10 Passiv ieħor 71,110 523 3,667
11 Kont tar-rivalutazzjoni 125,521 0 3,531
12 Kapitali u riżervi 67,457 300 0
Total tal-passiv 1,162,604 12,984 6,964
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja