Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat Ta' L-Eurosistema tad-29 ta' Diċembru 2006

4 ta' Jannar 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Diċembru 2006, iż-żieda ta’ EUR 2.8 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur. Movimenti oħra matul il-ġimgħa rriżultaw fi żieda netta ta’ EUR 36 miljun. Dan seħħ l-aktar minħabba r-raffinament, min-naħa ta’ bank ċentrali ta’ l-Eurosistema, tad-deheb li ġie mid-disponibbiltà ta’ muniti f’riżervi ta’ deheb fin, li ħoloq moviment fil-kontabbiltà bejn din il-partita fl-attiv u attiv ieħor (partita ta’ l-attiv numru 9). Dan il-moviment aktar milli kkumpensa l-bejgħ ta’ l-ekwivalenti ta’ EUR 19 miljun ta’ deheb minn bank ċentrali ta’ l-Eurosistema ieħor (li kien konsistenti mas-Central Bank Gold Agreement, ftehim fuq id-deheb bejn il-banek ċentrali, tas-27 ta’Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.8 biljun għal EUR 147.4 biljun l-aktar minħabba r-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv. It-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portofoll fil-perjodu kkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 77.6 biljun kemm minħabba tranżazzjonijiet kif ukoll aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 628.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 13-il biljun għal EUR 45.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 8.5 biljun għal EUR 450 biljun. Nhar il-Ħamis, it-28 ta’ Diċembru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 321.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 330.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ bejn wieħed u ieħor xejn tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (ipparagunat ukoll ma’ bejn wieħed u ieħor xejn tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqqset minn EUR 3.7 biljun għal EUR 173.5 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-aħħar tas-sena ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema

Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni f’kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Diċembru 2006 jidher fil-kolonna addizzjonali bl-intestatura "Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba rivalutazzjonijiet”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu:

Deheb: EUR 482.688 kull uqija fin.

USD: 1.3170 kull EUR

JPY: 156.93 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1416 kull SDR

Stqarrija finanzjarja tal-bidu ta’ l-Eurosistema għall-2007, inkluż il-Banka Slovenije

Banka Slovenije daħal fl-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2007. Il-BĊE għalhekk ser jippubblika stqarrija finanzjarja tal-bidu konsolidata ta’ l-Eurosistema fl-1 ta’Jannar 2007, flimkien ma’ stqarrija finanzjarja ta’ kull ġimgħa konsolidata li jmiss fid-9 ta’Jannar 2007.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 176,768 36 2,717
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,291 −6 −4,669
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,658 −44 −285
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,633 38 −4,384
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,402 1,096 −559
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,967 422 −5
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 11,967 422 −5
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 450,540 9,042 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 330,452 8,954 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 88 88 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,360 563 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 77,614 −186 −184
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,359 −527 −26
9 Assi oħra 217,679 197 748
Assi Totali 1,150,980 10,636 −1,977
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 628,238 227 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 174,051 −3,175 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 173,482 −3,714 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 567 538 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65 −22 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 53,354 12,844 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 45,165 13,012 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,189 −168 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,614 −334 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 89 3 −2
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 12,621 1,182 −417
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,621 1,182 −417
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,582 0 −119
10 Passiv ieħor 73,788 −64 291
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,991 0 −1,730
12 Kapitali u riżervi 64,587 −25 0
Total tal-passiv 1,150,980 10,636 −1,977
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja