Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-1 ta' Diċembru 2006

5 ta' Diċembru 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Diċembru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 120 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tnejn mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) kienet ta’ EUR 152.4 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

L-investimenti ta’ Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) baqgħu prattikament l-istess jiġifieri ta’ EUR 79 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.1 biljun għal EUR 601.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 34.7 biljun għal EUR 35.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 13.4 biljun għal EUR 428.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Novembru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  321.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 308 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Novembru 2006, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 40 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ma kien fil-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 13.2 biljun għal EUR 184 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 174,537 −120
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 147,154 4,913
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,856 −18
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
136,298 4,931
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,930 1,084
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,814 −648
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,814 −648
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 428,175 −13,357
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 307,999 −13,502
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 119,999 −3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 177 154
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −6
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,833 480
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,999 46
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,027 0
9 Assi oħra 212,675 432
Assi Totali 1,126,144 −7,170
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 601,760 8,103
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 184,044 13,201
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 184,009 13,178
2.2 Faċilità ta’ depożitu 32 20
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 128 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,248 −34,723
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 35,862 −34,749
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,386 26
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,458 126
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 83 −21
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,923 5,983
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,923 5,983
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,701 0
10 Passiv ieħor 72,491 160
11 Kont tar-rivalutazzjoni 123,721 0
12 Kapitali u riżervi 64,587 1
Total tal-passiv 1,126,144 −7,170
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja