Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tas-6 ta' Ottubru 2006

10 ta' Ottubru 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Ottubru 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 40 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.4 biljun għal EUR 153.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) baqgħu prattikament l-istess jiġifieri EUR 81.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 592.9 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.1 biljun għal EUR 60.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 0.3 biljun għal EUR 431.9 biljun. Nhar it-Tlieta, 3 ta’ Ottubru 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 313 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 312 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.8 biljun għal EUR 165.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 175,333 −40
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,991 −1,636
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,347 −20
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
130,644 −1,616
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,393 −1,222
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,482 −258
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 10,482 −258
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 432,008 −1,506
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 311,999 −1,002
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,001 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 8 −503
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,379 184
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 81,590 31
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,021 0
9 Assi oħra 198,406 735
Assi Totali 1,114,603 −3,712
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 592,940 3,705
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 165,847 2,636
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 165,788 3,829
2.2 Faċilità ta’ depożitu 59 −1,192
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 122 1
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 68,549 −5,922
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 60,328 −6,082
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,221 160
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,948 244
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 196 91
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,270 −3,300
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,270 −3,300
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,701 0
10 Passiv ieħor 68,735 −1,168
11 Kont tar-rivalutazzjoni 123,721 0
12 Kapitali u riżervi 64,574 1
Total tal-passiv 1,114,603 −3,712
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja